“Illum Ħsibt Fik Ħabib” – Bernard Grech Jikteb Lil Missieru U Lil Diversi Missierijiet U Rġiel

 “Illum Ħsibt Fik Ħabib” – Bernard Grech Jikteb Lil Missieru U Lil Diversi Missierijiet U Rġiel
Bernard Grech qasam fuq il-midja soċjali poeżija li kiteb f’jum il-missier. Fl-ewwel 6 strofi huwa jitkeb lil diversi rġiel li għaddejin minn ċirkustanzi differenti fil-ħajja tagħhom, filwaqt li fl-aħħar srofa jindirizza lil missieru stess.
Aqra l-poeżija sħiħa hawn:
Illum ħsibt fik ħabib u għedt
min jaf jekk rajtx ‘l uliedek
min jaf jekk għannaqthomx
għalkemm bi lsienek barra
taqla’ paga diċenti
tħallas manteniment
Illum ħsibt fik ħabib u għedt
dak sab daqsxejn mumenti
biex jilgħab ftit ma’ ibnu
minflok ħareġ mal-ħbieb
Illum ħsibt fik ħabib u fraħt
għax naf li b’għożża
għadek kif sirt missier
minkejja t-tbatijiet
Illum ħsibt fik ħabib
li trabbi wlied ħaddieħor
mingħajr ma titlob xejn
Illum ħsibt fik ħabib
għax naf li omm it-tifla
ċaħħditlek ftit ħin magħha
u int imsewwed wisq
Illum ħsibt fik ħabib
għax għad li b’qalbek kollha
int xtaqt li rabbejt wild
baqa’ ma rnexxilekx
Illum ħsibt fik missieri
u ġelben ma’ ħsibijieti
kull waqt għażiż li tajtni
mingħajr ma tlabtek jien
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com