Tipprova Proċedura Tas-Sbuħija Li Rat Fuq TikTok U Tispiċċa B’Feriti Severi Fuq Wiċċha

 Tipprova Proċedura Tas-Sbuħija Li Rat Fuq TikTok U Tispiċċa B’Feriti Severi Fuq Wiċċha

Il-personalità tal-midja soċjali Tilly Whitfield pruvat hack li rat fuq TikTok fejn pruvat tagħmel nemex artifiċjali fuq wiċċha, u b’riżultat ta’ dan spiċċat biex temporanjament tilfet id-dawl t’għajnejha filwaqt li tħalliet b’diversi feriti fuq wiċċha.

Iż-żagħżugħa li għandha 21 sena qalet li wiċċha ma baqax jingħaraf u spiċċat marida ħafna wara li ppruvat din il-proċedura.

Tilly Whitfield bħalissa qed tidher fis-sensiela Big Brother fl-Awstralja u fl-episodji hija diversi drabi tidher bi crema bluna fuq wiċċha. Hija spjegat li matul il-filming tal-programm kienet qed tirkupra mill-ħsara li kienet saritilha u b’hekk kellha bżonn li tuża prodott partikolari għal ħafna mill-ħin.

Whitfield qed twissi lin-nies kontra li jippruvaw hacks bħal dawn. Hija qalet: “Jekk jogħġbok jekk jogħġbok, tipprova l-ebda proċedura tas-sbuħija DIY. Spiċċajt l-isptar b’telf temporanju tal-vista minħabba nefħa u kont marida ħafna mill-infezzjoni, biex ma nsemmix li wiċċi ma baqax rikonoxxibbli. Ħalli f’idejn il-professjonisti.”

Il-beauty hack li pruvat Whitfield suppost toħloq effett ta’ nemex li jdumu madwar 6 biex jitilqu. Il-proċedura tinvolvi l-użu ta’ labra u linka, iżda x’tip ta’ linka għandha tintuża mhuiex speċifikat. Whitfield xtrat il-linka mill-internet u jidher ċar li kellha reazzjoni negattiva għall-kimika ta’ din il-linka. Hija nefqet madwar €10,000 fi spejjeż tat-tabib sabiex tikkura l-ħsara li għamlet.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com