Anzjan Ta’ 72 Sena Iweġġa’ Serjament F’Inċident Tat-Traffiku
Dalgħodu, għal xi 9:00am, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Dawret San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija ġiet infurmata u marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħet
ħabta bejn karozza Mercedes misjuqa minn raġel mill-Afrika t’Isfel ta’ 43 sena, residenti n-Naxxar u mutur tat-tip Kawasaki, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 72 sena residenti l-Ħamrun.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post tal-inċident u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.