Ħallietna Sr Aloisa Bajada – “Mietet Parti Mill-Istorja Tal-Monasteru Ta’ Santa Katerina…”
“Mal-mewt ta’ Sr Aloisa Bajada fl-età ta’ 95 sena mietet parti mill-istorja tal-Monasteru ta’ Santa Katerina, tal-Belt Valletta u tax-Xagħra”, kiteb il-ġurnalist Stefan Bajada.
B’nostalġija tenna li min jaf kemm rat ġrajjiet iseħħu quddiemha mill-ħemda tal-monasteru fl-aħħar sebgħin sena u aktar. Qal ukoll li kien fiha għaxqa tismagħha titkellem fuq il-gwerra u kif telqet mir-raħal.
Iżjed minn hekk, Stefan qal: “Għafsa ta’ qalb hija li b’hekk naqset soru oħra, li jfisser it-tmiem tal-monasteru jinsab fix-xifer.”
Huwa fatt li bosta kunventi qed jispiċċaw vojta mingħajr patrijiet u sorijiet fihom. Insellmu lil Sr Aloisa.