Raġel Allegatament Jisraq Iktar Minn 42,000lb Ġewż Tal-Pistaċċi

 Raġel Allegatament Jisraq Iktar Minn 42,000lb Ġewż Tal-Pistaċċi

Raġel f’California kien arrestat wara allegatament serqa ta’ iktar minn 42,000lb ġewż tal-pistaċċi, liema ġewż huwa stmat li jiswa iktar minn $100,000. Allegatament ir-raġel prova ibiegħ dak li kien seraq.

Dan kien ukoll żvelat fuq il-paġna ta’ Facebook tal-għassa tal-Pulizija, Tulare Sheriff’s Office.

Jidher li l-kumpanija Touchstone Pistachio f’Tulare, f’California għamlet kuntatt mat-taqsima tar-reati wara li sabet li 21 tunnellata ta’ pistaċċi kienu neqsin minn lot partikolari. L-investigazzjoni waslet lill-pulizija għat-trailer fejn il-pistaċċi kienu ġew trasportati. Il-pistaċċi oriġinarjament kienu fi xkejjer ta’ 2,000lb, iżda apparentament imbagħad tpoġġew f’boroż iżgħar sabiex allegatament jerġgħu jinbiegħu. Il-pistaċċi li kien fadal ġew irritornati lill-kumpanija.

Il-kummenti mill-pubbliku dwar dan il-każ ma naqsuwx, iżda il-pulizija titlob lil kull min għandu xi informazzjoni sabiex jagħmel kuntatt magħha.

Ritratt: Visit Sicily

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com