Il-UEFA Tirrifjuta Talba Biex Tixgħel l-Allianz Arena Ta’ Munich Bil-Kuluri Tal-Qawsalla

 Il-UEFA Tirrifjuta Talba Biex Tixgħel l-Allianz Arena Ta’ Munich Bil-Kuluri Tal-Qawsalla

Il-UEFA rrifjutaw talba biex tixgħel l-Allianz Arena ta’ Munich bil-kuluri tal-qawsalla għall-partita tal-Euro 2020 tal-Erbgħa bejn il-Ġermanja u l-Ungerija.

It-talba saret wara proposta mill-kunsill ta’ Munich wara liġi kontra l-LGBTIQ li għaddiet fil-parlament tal-Ungerija l-ġimgħa li għaddiet.

L-applikazzjoni tas-Sindku ta’ Munich Dieter Reiter f’isem il-kunsill għamilha ċara li t-talba kienet li turi solidarjetà mal-komunità LGBTIQ fl-Ungerija.

Il-liġi l-ġdida tipprojbixxi promozzjoni ma’ minuri ta’ kwalunkwe kontenut li juri l-omosesswalità jew l-assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess, billi tneħħi kull referenza għal kwistjonijiet omosesswali u trans mill-kurrikulu ta’ l-iskola.

Il-UEFA tgħid li temmen “li d-diskriminazzjoni tista’ tiġi miġġielda biss f’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ oħrajn.”

Ritratt: CNN

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com