Il-Prinċipessa Diana Kienet Għadha Ħajja U Tkellmet Wara L-Inċident…
Aħbarijiet ġodda li ħarġu llum li jduru mal-Familja Rjali jkomplu jiddominaw ix-xena internazzjonali hekk kif Surġent bl-isem ta’ Xavier Gourmelon qal li malli wasal fuq il-post “kienet għadha tiċċaqlaq u titkellem.”
Għall-bidu, tenna li ma ndunax li kienet il-Prinċipessa Diana u rrealizza malli qallu persuna oħra.
Kliemha kien: ‘Oh my God, what’s happened?’ fejn is-Surġent prova jikkalmaha.
Qal ukoll li ħarġuha mill-karozza u poġġewha fuq pjattaforma tal-injam u wara fuq saqqu bl-arja. Dan biex il-persuna ma tantx tiċċaqlaq minħabba ksur fl-ispina li tim mediku dejjem jassumi li jista’ jkun hemm biex ir-riskji jonqsu.
Tenna li malli mexxewha minn fuq l-injama għal fuq is-saqqu, qalbha waqfet taħdem. Kien hemm tentattiv li jerġgħu jġibu lura l-qalb tħabbat; tentattiv li rnexxa fejn anke l-pressjoni tad-demm reġgħet telgħet iżda sakemm waslet l-isptar, kollox kien għalxejn.