Angela Merkel Tieħu Żewġ Dożi Tal-Vaċċin Differenti

 Angela Merkel Tieħu Żewġ Dożi Tal-Vaċċin Differenti

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel irċeviet il-vaċċin ta’ Moderna bħala t-tieni doża tagħha kontra l-COVID-19 wara li kienet ħadet l-AstraZeneca bħala l-ewwel doża tagħha.

Diversi esperti jemmnu li dożi mħallta ta’ vaċċin tista’ tkun xi ħaġa pożittiva, tista’ tagħti aktar immunità fit-tul kontra l-virus u varjanti ġodda tiegħu. Studji għadhom għaddejjin, iżda xi pajjiżi diġà qed jippermettuh fil-programmi nazzjonali ta’ tilqim tagħhom.

Fil-Ġermanja, studju reċenti ssuġġerixxa li taħlit ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 jistgħu potenzjalment jagħtu spinta żejda lis-sistema immunitarja – iżda r-riċerka għadha għaddejja.

Wara bidu xi ftit bil-mod il-vaċċinazzjoni tal-Ġermanja aċċellerat fl-aħħar ġimgħat fejn iktar minn nofs il-popolazzjoni tal-pajjiż issa rċeviet l-ewwel doża tal-vaċċin.

Ritratt: time.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com