MEIA Tissospendi D-Dimostrazzjoni Tal-Ħamis Li Ġej

 MEIA Tissospendi D-Dimostrazzjoni Tal-Ħamis Li Ġej

Il-Malta Entertainment Industry and Arts Association għada kemm ħabret li d-dimostrazzjoni li kienet pjanata li ssir nhar il-Ħamis li ġej fil-Belt Valletta ġiet temporanjament sospiża.

Jidher li wara lagħqa li saret il-bieraħ jiġi diskuss fit-tul mal-awtoritajiet biex tinstab l-aħjar soluzzjoni biex l-avvenimenti jsiru b’mod sikur kif ukoll sostenibbli. F’din il-lagħqa kien hemm preżenti d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, il-Ministru tal-Kultura José Herrera, Profs. Charmaine Gauci u rappreżentant mill-Uffiċju tal-Prim Ministru.

L-MEIA tenniet li “jekk id-diskussjonijiet jonqsu milli jindirizzaw it-tħassib tagħha u tinħass li l-industrija tagħna qed tiġi diskriminata u trattata inġustament, inħabbru data oħra għal dimostrazzjoni fil-jiem li ġejjin.”

Ritratt: Facebook / MEIA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com