Alexander Farrugia Jinħatar Chairperson Għall-Bord Għall-Iżvilupp Ta’ Ħiliet Ta’ Litteriżmu Fil-Media

 Alexander Farrugia Jinħatar Chairperson Għall-Bord Għall-Iżvilupp Ta’ Ħiliet Ta’ Litteriżmu Fil-Media

Fix-xhur li għaddew saru numru ta’ emendi għall-Att dwar ix-Xandir, fosthom li jitwaqqaf Bord għall-Iżvilupp ta’ Ħiliet ta’ Litteriżmu fil-Media, bl-iskop ikun primarjament li jħejji pjan, jippromwovi u jieħu l-miżuri kollha meħtieġa għall-iżvilupp ta’ ħiliet ta’ litteriżmu fil-media. Wara l-ħidma li wettaq is-Sur Reno Bugeja, issa se jkun qiegħed jinħatar Chairperson ta’ dan il-board is-Sur Alexander Farrugia.

Is-Sur Farrugia huwa kittieb u edukatur u għamel ħmistax-il sena fil-ġurnaliżmu, b’sebgħa minnhom bħala editur. Studja l-filosofija u l-istorja fil-grad ta’ Masters.  Illum huwa responsabbli mit-tagħlim tal-adulti, ir-riċerka u l-early school leavers.  Huwa wkoll visiting lecturer fit-Teorija Kritika fl-Università ta’ Malta.

Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela rringrazzja lis-Sur Reno Buġeja tal-ħidma tiegħu f’dawn ix-xhur fejn tellaq diskussjoni importanti u meħtieġa dwar it-triq ’il quddiem dwar dan is-suġġett tant importanti, li anké fi ħdan l-Unjoni Ewropea dejjem qed iżid fl-importanza tiegħu.

Finalment, il-Ministru Carmelo Abela awgura lis-Sur Alexander Farrugia għal din il-pożizzjoni u awgura li flimkien mal-kumplament tal-Bord, issir il-ħidma meħtieġa dwar il-bżonn ta’ użu responsabbli fir-rispett sħiħ tal-libertà tal-espressjoni u li ċ-ċittadini jkollhom l-għarfien u l-ħiliet neċessarji biex ikunu jistgħu jagħmlu dan.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com