Żagħżugħ Ta’ 17-Il Sena Li Kien Qed Isuq Mutur Jindarab Gravi F’Ħabta Fir-Rabat

 Żagħżugħ Ta’ 17-Il Sena Li Kien Qed Isuq Mutur Jindarab Gravi F’Ħabta Fir-Rabat

Żagħżugħ ta’ 17-il sena mir-Rabat korra gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija fi Triq il-Ħobbejża, ir-Rabat.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħet ħabta bejn vettura misjuqa minn raġel ta’ 32 sena, li joqgħod Ħad-Dingli u mutur li kien qed jinstaq minn ġuvni ta’ 17-il sena residenti r-Rabat.

B’konsegwenza tal-impatt karozza Mercedes li kienet ipparkjata kellha xi ħsarat.

Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lil ġuvni ta’ 17-il sena l-Isptar Mater Dei għal kura. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com