Domanda Barra S-Sillabu Fl-Eżami Tal-Matematika – L-Istudenti Mhux Se Jitilfu Marki

 Domanda Barra S-Sillabu Fl-Eżami Tal-Matematika – L-Istudenti Mhux Se Jitilfu Marki

F’mistoqsija parlamentari li saret mis-Shadow Minister għall-Edukazzjoni u Sport Clyde Puli lill-Ministru tal-Edukazzjoni, kien mistoqsi jekk kienx minnu li l-karta tal-eżami tal-Matematika tal-year 8 kienx fiha l-iżbalji u xi domandi li ma kinux fis-sillabu?

Il-Ministru Justyne Caruana spjegat li filwaqt li ma kienx fiha żbalji, kien hemm parti minn domanda li kienet barra mis-sillabu. Tenniet li d-Dipartiment responsabbli mill-eżamijiet ħa ħsieb li l-iskema tal-marki tkun riveduta sabiex tiżgura li l-istudenti ma jitilfux marki.

Puli staqsa wkoll jekk kienx minnu li fil-karta tax-Xjenza tal-year 8 kellhiex madwar 3 faċċati li ma kinux id-domandi t-tajba, għal-liema mistoqsija, Caruana saħqet li minħabba r-restrizzjonijiet tal-Pandemija, il-fieldworks ma sar xejn minnhom u l-istudenti ntalbu ma jwieġbux mistoqsijiet relatati ma’ topics li ma sarux u minflok ingħatat paġna supplimentari b’mistoqsijiet oħra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com