Prova Jinħeba Wara Tfal Waqt Li Kien Fil-Mira Ta’ Sparatura

 Prova Jinħeba Wara Tfal Waqt Li Kien Fil-Mira Ta’ Sparatura

Tifla ta’ 10 snin kienet miexja ma’ ħuha ta’ 5 snin fejn spiċċaw tarka għall-vittma li kien qed jiġri mill-agressur  fi triq fi New York.

Fil-filmat jidher illi l-vittma li għandu 24 sena waqqa’ lill-żewġt itfal u prova jinħeba warajhom filwaqt illi l-agressur deher jispara mill-viċin lill-vittma f’daharu u f’saqajh.

Fl-istess ħin jidher l-att erojku tat-tifla li għalkemm hi kienet fil-periklu, xorta ħasbet li tieħu ħsieb lil ħuha billi resqitu lejha u għanqitu magħha.

L-agressur, akkumpanjat mill-kompliċi tiegħu ħarbu minn fuq il-post permezz ta’ scooter. Il-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

Il-vittma li huwa magħruf sew mal-pulizija, ġie rikoverat fl-isptar wara li mexa waħdu sal-emerġenza. Huwa mistenni li jirkupra, filwaqt li it-tfal ma ġarbu l-ebda ġrieħi ħlief xokk qawwi li żgur ma huma ser jinsew qatt.

Ritratt: cbsnews.com

(Dan l-artiklu sar minn Svetlana Muscat li studjat il-Kriminoloġija fl-Università ta’ Malta)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com