Ftehim Bejn L-Aġenzija Dwar Is-Servizzi Tal-Qrati U L-GWU Għax-Xufiera Tal-Ġudikanti
Ġie ffirmat ftehim bejn l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati u l-General Workers’ Union (GWU) għax-Xufiera tal-Ġudikanti.
Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, Edward Zammit Lewis saħaq li dan l-iffirmar se jtejjeb il-kundizzjonijiet għal 67 impjegat u se jkunu qegħdin igawdu minnu ukoll impjegati ġodda li jidħlu f’dan il-grad.
Il-Ministru Edward Zammit Lewis qal li, “L-amministrazzjoni tifhem li dawn l-impjegati għandhom xogħol sensittiv u tapprezza s-sens ta’ dedikazzjoni li dejjem urew.”
Il-Ministru Zammit Lewis spjega li dan il-ftehim ilu mistenni snin u jassigura bilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-ħaddiema u rringrazzja lill-Industrial Relations Unit fi ħdan l-OPM, lill-General Workers’ Union, lis-Segretarju Permanenti Johan Galea u lill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati Eunice Grech Fiorini, flimkien mal-Aġenzija inifisha, għall-ħidma tagħhom sabiex intlaħaq dan il-ftehim.