Il-President Ta’ Malta Jieqaf Jassisti Waqt Inċident Ta’ Traffiku

 Il-President Ta’ Malta Jieqaf Jassisti Waqt Inċident Ta’ Traffiku

Il-President ta’ Malta, L-Eċċelenza Tiegħu Dr. George Vella dalgħodu jwaqqaf il-karozza tiegħu sabiex jieqaf jassisti b’mod mediku lil raġel li ndarab wara inċident ta’ traffiku fil-Ħamrun. 

Jidher li l-President kien għaddej minn Triq il-Kbira San Ġużepp madwar il-11:30am u lemaħ inċident bejn van u mutur. Il-sewwieq tal-mutur deher li kien weġgħa’ u għalhekk issejħet ambulanza fuq il-post. Iżda l-President waqaf sabiex jipprovdi l-ewwel għajnuna sakemm professjonisti mediċi wasslu fuq il-post u ħadu lis-sewwieq l-isptar Mater Dei għal iktar kura.

Bla dubju, dan ikompli juri l-qalb ġeneruża u ta’ kuxjenza li għandu l-President Malti Dr. George Vella. President mogħni b’valuri sbieħ u t’eżempju, kif jixraq lill-poplu tagħna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com