Għada Tingħata S-Sentenza Kontra L-Pulizija Li Qatel Lil Floyd

 Għada Tingħata S-Sentenza Kontra L-Pulizija Li Qatel Lil Floyd

Għada l-Ġimgħa 25 ta’ Ġunju hija l-ġurnata fejn l-akkużat bil-qtil ta George Floyd, jingħata s-sentenza mill-qorti.

Floyd inqatel fl-20 ta’ Mejju 2020, wara li ġie arrestat għaliex impjegata ta’ ħaunt ċemplet lill-pulizija u rrapurtat illi s-Sur Floyd ħallas pakett sigaretti b’ karta ta’ 20 dollaru falza.

Permezz ta’ diversi cameras fit-triq ġie konkluz li Derek Chauvin kien il-pulizja li uża forza eċċessiva tant li Floyd tilef ħajtu.

L-erba’ pulizija involuti ġew imkeċċija fl-istess ġurnata tal-każ.

Il-prosekuturi qed jaħdmu sabiex l-akkużat Derek Chauvin jeħel sa massimu ta’ 30 sena ħabs, filwaqt li d-difiża qed titlob sabiex l-akkużat jingħata sentenza sospiża jew sentenza ta’ priġunerija anqas minn dak li qed titlob il prosekuzzjoni minħabba li qatt ma kkometta reati oħra fil-passat.

Minn dan il-każ, kienet bdiet il-kampanja internazzjonali bl-isem ta’ black lives matters.

(Dan l-artiklu sar minn Svetlana Muscat li studjat il-Kriminoloġija fl-Università ta’ Malta)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com