Kienet Sospiża L-Kostituzzjoni Maltija Minħabba Indħil Mill-Vatikan…

 Kienet Sospiża L-Kostituzzjoni Maltija Minħabba Indħil Mill-Vatikan…

Fl-24 ta’ Ġunju tal-1930, fl-eqqel tal-ġlieda politika reliġjuża, kien tħabbar li kienet se tiġi sospiża l-Kostituzzjoni Maltija.

Il-Gvern Ingliż qal li dan kien qed isir minħabba l-indħil tal-Vatikan fl-affarijiet temporali ta’ Malta u għalhekk, iċ-ċirkostanzi kienu tali li ma setgħetx issir elezzjoni.

Il-propaganda politika kienet ilha tinħema sa mill-1927.

Il-Prim Ministru Ingliż ħabbar li l-Kostituzzjoni kienet se tkun sospiża u l-kabinett kien se jinżamm f’kapaċità konsultattiva biex il-Gvern, jekk ried, seta’ jikkonsultah.

Minn Stradarjali.com, infakkru l-istorja biex qatt ma tintesa.

Ritratt: Historical Research Sharing Activity created by Vince Peresso

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com