John McAfee Instab Mejjet Fiċ-Ċella Tal-Ħabs

 John McAfee Instab Mejjet Fiċ-Ċella Tal-Ħabs

John McAfee ta’ 75 sena, imprenditur u l-bniedem li ħoloq l-anti-virus software, instab mejjet fiċ-ċella tal-ħabs ta’ Barċellona sigħat wara li l-qorti Spanjola qablet li jiġi estradit lejn l-Istati Uniti biex jaffaċċja akkużi ta’ evażjoni tat-taxxa.

Id-dipartiment tal-ġustizzja Katalan qal li l-mediċi ppruvaw jerġgħu jagħtu l-ħajja lil John, iżda ma kellhomx suċċess. Żiedet tgħid li “kollox jindika” li McAfee ħa ħajtu b’idejh.

F’Ottubru 2020, John McAfee ġie arrestat fi Spanja meta kien se jitla’ fuq ajruplan lejn it-Turkija, u ġie akkużat li naqas milli jippreżenta dikjarazzjonijiet tat-taxxa għal erba’ snin, minkejja li qala’ l-miljuni minn xogħol ta’ konsulenza, crypto-currency u bejgħ tad-drittijiet biex tinkiteb l-istorja ta’ ħajtu. Huwa ġie akkużat ukoll li ħeba assi, inkluż jott u proprjetà immobbli, ukoll f’ismijiet ta’ nies oħra.

Huwa kien sostna f’seduta aktar kmieni dan ix-xahar li l-akkużi kontrieh kienu motivati ​​politikament u li kien se jqatta’ l-bqija ta’ ħajtu fil-ħabs jekk jiġi rritornat lejn l-Istati Uniti.

Ritratt: BBC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com