Raġel Jindarab Gravi Wara Li Weġġa’ Bil-Mutur
Raġel ta’ 79 sena, residenti l-Gżira, ittieħed l-Isptar Mater Dei, hekk kif kien involut f’inċident tat-traffiku, fi Triq Bella Vista, San Ġwann, għal ħabta tat-tmienja u nofs ta’ dalgħodu.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tat-tip Daelim waqt li tilef il-kontroll u waqa’ waħdu.
Ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.