Angelo Micallef Ser Jinħatar Sindku Ta’ Ħal Balzan Wara R-Riżenja Ta’ Ian Spiteri

 Angelo Micallef Ser Jinħatar Sindku Ta’ Ħal Balzan Wara R-Riżenja Ta’ Ian Spiteri

Wara li dalgħodu s-Sindku ta’ Ħalzan Ian Spiteri ħabbar li ser jirriżenja minn Sindku minħabba raġunijiet “purament personali u mhux politiċi”, issa id-Deputat Sindku Angelo Micallef ser ikun qed jinħatar Sindku ta’ dan ir-raħal.

Ian Spiteri li kien ilu Sindku sitt snin kiteb li “b’ghafsa ta’ qalb u b’dispjacir kbir” kien  ipprezenta r-rizenja tiegħu minn Sindku u Kunsillier ta’ Hal Balzan. Qal li kienet deċiżjoni iebsa ħafna pero’ bżonnjuza, u bbażata fuq ragunijiet purament personali u mhux politiċi.

Ian Spiteri qal li kienu sitt snin iebsa ħafna imma ta’ sodisfazzjon kbir u tgħallem u fuq kollox kabbar il-ħbiberija mar-residenti. Hu għalaq il-messaġġ billi qal ” nirringrazzja lil kull min kien parti minn dal-vjaġġ tiegħi u nagħlaq billi nitlob apoloġija lil kull min inqast b’xi mod jew ieħor…naċċertakom illi l-intenzjonijiet tiegħi dejjem kienu ġenwini u kellhom l-interessi tagħkom u tar-raħal l-ewwel u qabel kollox!”.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com