Raġel Mgħammad U Armat B’Sikkina Jidħol F’Ħanut Jitlob Il-Flus F’Birkirkara
Illum għall-ħabta tal-9.45, il-Pulizija ġew infurmati li kienet seħħet serqa minn ħanut tal-lottu fi Triq Dun Filippu Borġ, Birkirkara.
Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 61 sena, residenti Birkirkara.
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.