Weġġgħu, Seraqlu L-Mobile U Ħarab – Isofri Minn Ġrieħi Gravi
Ilbieraħ, għall-ħabta tal-22.00, fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid daħal raġel barrani ta’ 46 sena residenti San Pawl il-Baħar bi dmija, jirraporta li kellhu argument fi Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel li l-identita’ tiegħu għadha mhix magħrufa, weġġa’ lil vittma, seraqlu l-mowbajl u wara ħarab minn fuq il-post.
Ir-raġel ta’ 46 sena ngħata l-kura fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.