Jaqleb Għall-Aħjar Iż-Żagħżugħ Li Nqaleb Bil-Karozza Fiż-Żejtun

 Jaqleb Għall-Aħjar Iż-Żagħżugħ Li Nqaleb Bil-Karozza Fiż-Żejtun

M’għadux aktar f’qagħda serja ż-żagħżugħ li lbieraħ fil-kwarta ta’ waranofsinhar ġarrab ġrieħi serji wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fit-Triq tal-Barrani, fiż-Żejtun.

Kien iż-żagħżugħ innifsu, Lucas Azzopardi li minn fuq is-sodda tiegħu fl-Isptar Mater Dei, tella’ post fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook u stqarr li l-kundizzjoni ta’ saħħtu qalbet għall-aħjar. Dan wara li lbieraħ ġie ċċertifikat li kien jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu kawża tal-ġrieħi serji li ġarrab.

Lucas qal li jinsab aħjar mill-bieraħ u mhux fil-periklu li jitlef ħajtu. Fl-istess waqt huwa kellu kliem ta’ tifħir għal kull min assistih l-isptar u lil dawk kollha li tawh l-ewwel għajnuna u kura ta’ emerġenza fuq il-post, fosthom lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivli li kellhom biċċa xogħol delikata ħafna biex ħarġuh mill-karozza li mad-daqqa ġarrbet ħsarat estensivi.

Lucas skuża ruħu wkoll lejn il-persuni li kienu qegħdin isuqu l-ambulanza tal-qatgħa li tahom u ttama li jinsabu aħjar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com