Jaslulu Tliet Kaxxi B’Madwar 18,000 Sigarett B’Sustanza Llegali Suspettata Kannabis

 Jaslulu Tliet Kaxxi B’Madwar 18,000 Sigarett B’Sustanza Llegali Suspettata Kannabis

Kanadiż ta’ 62 sena qiegħed jinżamm arrestat b’rabta ma’ importazzjoni, traffikar u pussess aggravat ta’ droga cannabis.

Fi stqarrija mill-uffiċċju tal-komunikazzjoni tal-pulizija, intqal li r-raġel ġie arrestat nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Ġunju 2021, mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga. Dan wara ġew infurmati mid-Dipartiment tad-Dwana illi kienu waslu tliet kaxxi li fihom kien hemm madwar tmintax–il elf sigarett b’sustanza illegali suspettata ħaxixa tal-cannabis. Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta jirriżulta li s-sigaretti kienu ndirizzati lir-raġel, residenti s-Swieqi.

Minn tfittxijiet ulterjuri illi saru fir-residenza tiegħu fis- Swieqi nstabu aktar prodotti oħra magħmulin minn estratti tal-kannabis kif ukoll ammont ieħor ta’ sigaretti simili għal dawk illi waslu bil-posta.

Rigward dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Dr. Charmaine Galea. Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu (1000hrs), akkużat b’importazzjoni, traffikar u pussess aggravat ta’ droga cannabis.

Il-Prosekuzzjoni se titmexxa mill-Ispetturi Alfredo Mangion u Justine Grech.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com