Mara Tweġġa’ Serjament F’Inċident Tat-Traffiku F’Raħal Ġdid
Mara ta’ 72 sena li tgħix Raħal Ġdid weġġgħet serjament wara li sfat milquta minn vettura ta’ tip Daihatsu li kienet misjuqa minn raġel ta’ 23 sena li jgħix Raħal Ġdid ukoll.
L-inċident seħħ fi Triq San Ġużepp, Raħal Ġdid għall-ħabta tat-8am fejn il-Pulizija u tim mediku assista lil mara u ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard hija ġiet iċċertifikata li weġġgħet serjament.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit LL.D li ħatret inkjesta filwaqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.