Il-PM Robert Abela Jieħu T-Tieni Doża Tal-Vaċċin

 Il-PM Robert Abela Jieħu T-Tieni Doża Tal-Vaċċin

Il-Prim Ministru Robert Abela llum ħa t-tieni doża tal-vaċċin. Fuq il-midja soċjali tiegħu tenna li jinsab sodisfatt li fiċ-ċentri ta’ tilqim għadu miexi b’ritmu tajjeb il-programm ta’ vaċċinazzjoni.

“Inħeġġeġ lil kull min għad għandu ċ-ċans jieħu l-vaċċin jagħmel dan”, appella l-Prim Ministru filwaqt li wera l-apprezzament tiegħu lejn il-ħaddiema kollha f’dawn iċ-ċentri ta’ tilqim li nsibu madwar Malta u Għawdex.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com