Intlaqtet Minn Vettura Waqt Li Kienet Bl-‘Iscooter’

 Intlaqtet Minn Vettura Waqt Li Kienet Bl-‘Iscooter’

Franċiża qed issofri ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn nieqes kwart ta’ filgħodu fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li Franċiża, li tirrisjedi l-Pieta’ u li kienet qed tagħmel użu minn e-kick scooter, sfat milquta minn vettura ta’ tip Volkswagen misjuqa minn raġel ta’ 23 sena li jgħix il-Pieta’.

Il-mara ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratt: The Guardian

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com