“Qalu Ħafna U Skantaw Għax ‘Virtual’ …” – Omm Tirringrazzja U Tfaħħar Xogħol L-Għalliema
Omm, Brenda Schembri pubblikament irringrazzjat u faħħret xogħol l-għalliema talli l-impossibbli għamluh possibbli fejn saħqet li t-tfal, kellhom l-isbaħ sena skolastika li setgħu jkollhom.
“Qalu ħafna u skantaw għax ‘virtual’ u mhux ‘virtual school’ imma meta jkollok teacher bħal ms. Tania Cini u ms. Mirane Mifsud l-impossibli sar possibbli u kellhom l-isbaħ sena skolastika…”, tenniet Brenda fejn spjegat li t-tfal saru ħbieb mill-online u xorta kienet esperjenza sabiħa u differenti.
Tenniet li kellhom minn esperimenti sa’ lezzjonijiet tat-tisjir; kollox normali bħalma kienu jsiru fil-klassijiet.
“Min qalbi nirringrazzjakom ta’ kollox u prosit tax-xogħol kollu li għamiltu mat tfal kollha”, temmet tgħid Brenda Schembri.
Kemm hu sabiħ meta napprezzaw lil xulxin. Kemm hu sabiħ li lill-għalliema ntuhom il-mertu li ħaqqhom. Niftakru; li tasal fejn tasal, minn taħt l-għalliema tkun bdejt. Awguri lill-għalliema kollha u minn Stradarjali.com, insellmulkom tassew.