Tipproponi Lil Neil Agius Ftit Minuti Qabel Jibda L-Għawma
Propju lbieraħ għal ħabta tal-5pm Neil Agius beda l-għawma tiegħu mill-gżira ta’ Linosa sa Malta b’total ta’ 130 kilometru. Il-pjan oriġinali kien li jibda mit-Tuneżija sa Sqallija però minħabba t-temp instabbli r-rotta ta’ din l-għawma fil-baħar miftuħ kellha tinbidel.
Ftit minuti qabel beda din l-għawma biex ikompli joħloq kuxjenza kontra l-plastik u skart li qed jispiċċa fl-ibħra tagħna l-għarusa ta’ Neil tagħtu sorpriża sabiħa li ma kienx qed jistenna f’dak il-mument.
Lara Vella niżlet għarkubtejha u pproponiet lil Neil, li mingħajr wisq dewmien irrisponda iva mal-ewwel.
Din lis-spedizzjoni mistennija ddum madwar 55 sija għalkemm matul dan il-lejl il-baħar ma’ kienx feliċi ma’ Neil b’kurrenti kontrieħ u b’mewġ li qed itellfu mir-ritmu.
Sat-8am ta’ dalgħodu kien għawm 30 kilometru.
Awguri Neil u Lara!