Bil-Filmat: ‘Standing Ovation’ Lix-Xjentista Li Żviluppat Il-Vaċċin Kontra L-Covid-19

 Bil-Filmat: ‘Standing Ovation’ Lix-Xjentista Li Żviluppat Il-Vaċċin Kontra L-Covid-19

X’tagħmel kieku bilqegħda ħdejk jkun hemm ix-xjentista li żviluppat il-vaċċin kontra l-COVID-19?

Ilbieraħ qabel logħba tennis f’Wimbledon Stadium f’Londra lis-spettaturi preżenti taw ċapċipa kbira lil bosta personalitajiet li kienu mistiedna għal din il-logħba tennis.

Fost dawn kien hemm Sarah Gilbert li hija Professur fl-Università ta’ Oxford  u waħda mix-xjenzati Ingliżi li żviluppat il-vaċċin tal-Astra Zeneca.

Sarah Gilbert li għandha 58 sena ngħatat ‘standing ovation’. Ftit tal-ġimgħat ilu ngħatat ukoll it-titlu ta’ Dama mir-Reġina Eliżabetta II.

Araw bil-filmat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com