Hedded, Irreżista U Attaka Żewġ Uffiċjali Tal-Pulizija F’Għawdex
Illum, il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Dr Simone Grech, raġel mill-Kroazja ta’ 28 sena u residenti r-Rabat, Għawdex.
Hu ġie akkużat li kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-kwarta, waqt li kien fi Triq Taħt Putirjal, ir-Rabat, Għawdex, hedded, irreżista bi vjolenza u attakka żewġ Uffiċjali tal-Pulizija.
Hu ġie akkużat ukoll li ma obdiex l-ordnijiet tal-istess uffiċjali kif ukoll li kien fi stat ta’ sakra.
L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu u ġie kkundannat 6 xhur priġunerija sospiżi għal 18-il xahar, kif ukoll multa ta’ €4,000.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.