Pajjiżna B’Mira Li Titlaqqam 85% Tal-Popolazzjoni

 Pajjiżna B’Mira Li Titlaqqam 85% Tal-Popolazzjoni

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, waqt diskussjoni fil-Parlament Malti dwar l-estimi finanzjarji tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni jistqarr li Malta laħqet il-mira iniżjali tagħha; li tlaqqam 70% tal-popolazzjoni bil-vaċċin tal-Covid-19, ġimgħat ilu. Infatti, llum 81.5% tal-popolazzjoni diġà hija mlaqqma bl-ewwel doża, filwaqt li 73% tlaqmet ukoll bit-tieni doża. 

L-awtorijiet tas-saħħa f’pajjiżna għolliet il-mira minn 70% għal 85% tal-popolazzjoni sabiex nilqgħu għall-varjant Delta, liema varjant huwa magħruf li jinxtered b’rata iktar mgħaġġla u qiegħed iħalli ħerba f’bosta pajjiżi. 

Il-Ministru Chris Fearne spjega kif b’rata ogħla ta’ tilqim, pajjiżna ma jgħaddix mill-istess ċirkostanzi li qegħdin jgħaddu minnhom pajjiżi oħra, b’żieda fin-numru ta’ persuni nfettati li jkollhom bżonn jidħlu l-isptar għal kura, kif ukoll żieda fl-imwiet.

Il-Ministru kompla jispjega kif il-varjant Delta, li qiegħed ukoll f’Malta, huwa ħafna iktar infettiv hekk kif filwaqt li l-Covid-19 jinfetta 2 minn kull 5 persuni, u l-varjant tar-Renju Unit 2 minn kull 4 persuni, dan il-varjant jinfetta 2 minn kull 3 persuni.

Għaldaqstant, min ma tlaqqamx jinstab f’ħafna iktar f’riskju li jiġi infettat b’dan il-varjant.

Id-Deputat Prim Ministru appella sabiex tintlaħaq din il-mira u l-pubbliku jersaq ’l quddiem sabiex jitlaqqam u stqarr li fir-rilaxx tar-restrizzjonijiet irridu nkunu prudenti għaliex dan il-virus huwa imprevedibbli.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com