Żewġ Pumpiera L-isptar Wara Li Nqalbu B’Vettura Fi Triqthom Biex Jitfu Nar

 Żewġ Pumpiera L-isptar Wara Li Nqalbu B’Vettura Fi Triqthom Biex Jitfu Nar

Żewġ pumpiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kienu fi triqthom biex jitfu nirien fis-Siġġiewi spiċċaw l-isptar wara li nqalbu b’land rover tas-servizz fil-wied ta’ Ħal Qormi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:30pm meta għal xi raġuni, is-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura, ħabat ma’ ċint u baqa’ nieżel fil-wied f’għoli ta’ madwar ħames filati.

Fuq il-post issejħu l-ħaddiema sħabhom kif ukoll żewġ timijiet mediċi biex jagħtu kura ta’ emerġenza lill-pumpiera.

Il-kundizzjoni tal-ħaddiema għadha mhix magħrufa.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com