Tliet Vetturi F’Inċident Fin-Naxxar
Illum, għal xi t-8.30am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq is-Salini, in-Naxxar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Ford Fiesta misjuqa minn raġel ta’ 28 sena residenti l-Mellieħa, Alfa Romeo misjuqa minn Ingliż ta’ 58 sena residenti l-Mellieħa, u Opel Corsa misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti n-Naxxar.
Tim mediku ta l-għajnuna u ambulanza ħadet lill-Ingliż l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.