Illum Tista’ Tneħħi L-Maskra Basta Tkun Fi Grupp Sa Żewġ Persuni
Illum 1 ta’ Lulju, kif kien ikkonfermat mill-awtoritajiet tas-saħħa, tista’ titneħħa l-maskra. Dan iżda, jekk persuna tkun ma’ oħra; jiġifieri fi grupp sa żewġ persuni biss.
Jekk tkun fi grupp ta’ aktar minn tnejn, xorta waħda għalissa jinħtieġ li titntlibes il-maskra.
Uffiċjali tal-ordni ser ikunu qed jitolbu l-karta tal-identità biex jinżamm kontroll.
Dawk li jkunu tlaqqmu bil-vaċċin Johnson & Johnson, biex ineħħu l-maskra, iridu jkunu għaddew 14-il jum.
Jekk għandkom xi dubju jew diffikultà, inħeġġukom tistaqsu jew iżżuru vaċċin.gov.mt
Ejjew xorta waħda nieħdu ħsieb xulxin.