Pulizija Stuprata F’Għassa Tal-Pulizija Stess – Wara Li Ġabha Mesaħ Bil-Mopp

 Pulizija Stuprata F’Għassa Tal-Pulizija Stess – Wara Li Ġabha Mesaħ Bil-Mopp

Eks Kuntistabbli ta’ 31 sena qed ikun mixli bi stupru ta’ kuntistabbli kollega tiegħu kif ukoll li ta fastidju sesswali kuntistabbli oħra fl-għassa tal-Imsida.

Il-każijiet seħħew bejn l-2017 u l-2018 u l-etajiet tal-pulizija vittmi huwa ta’ 23 u 19-il sena rispettivament. Huwa qed jiċħad dawn l-akkużi.

Fl-ewwel każ tal-kuntistabbli ta’ 23 sena, huwa mixli li wara li kien ilu jagħmel avvanzi fuqha b’mod goff, darba waqt li kienu waħedhom fl-għassa, daħħalha f’kamra, niżżlilha l-qalziet u stupraha wara li rreżistiet sess orali miegħu.

It-tieni allegat stupru seħħ f’inqas minn xahar wara; din id-darba kien imiss li jsir fil-kċina. Rassha mas-sink u stupraha. Intqal li kif l-akkużat ġabha (Eġakola) mal-art, mesaħ kollox bil-mopp tal-għassa stess.

Huwa kien ta stqarrija lill-pulizija fejn qal li dan seħħ bil-kunsens tagħha iżda fit-tieni stqarrija, qal li dan kollu sar mingħajr ir-rieda tagħha u ried jitlobha skuża.

Fir-rigward tal-kuntistabbli ta’ 19-il sena, il-pulizija qed ikun mixli li taha fastidju billi kien jgħaddilha kummenti fuq il-warrani, u anke jmissilha saqajha fil-karozza tas-servizz.

Il-Qorti għalhekk ordnat it-tkomplija tal-kawża.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com