Argument Bejn Żewġt Irġiel Fiż-Żejtun

 Argument Bejn Żewġt Irġiel Fiż-Żejtun

Ilbieraħ, għal xi t-tlieta ta’ waranofsinhar, seħħ argument bejn raġel ta’ 55 sena residenti l-Qrendi u raġel ieħor li ħarab minn fuq il-post b’mutur.

Dan ġara fi Triq Vjal il-25 ta’ Novembru, ż-Żejtun. Issejħet il-pulizija u anke tim mediku li ta l-assistenza tiegħu.

Ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 55 sena l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com