Qbil Biex Jkun Ippubblikat Ir-Rapport Ta’ Hyzler Dwar Rosianne Cutajar
Dalgħodu l-Kumitat Parlamentari għall-Istandards Pubbliċi għadu kemm iltaqa’ fl-ewwel l-lagħqa tiegħu dwar l-ksur ta’ etika ta’ Rosianne Cutajar, li qed tiċħad li rċeviet €44,000 f’involviment tagħha fil-bejgħ ta’ palazz fl-Imdina bil-valur ta’ 3.1 miljun.
Fil-lagħqa tal-lum Dr. Karol Aquilina u Therese Comodini Cachia li qed jidhru f’isem l-Oppożizzjoni resqu mozzjoni biex ir-rapport jkun ippubblikat. Jidher li fuq dan kien hemm qbil anke mal-membri tal-Gvern li kienu Dr. Edward Zammit Lewis u Glenn Bedingfield, fejn ikkonfermaw li ż-żewġ volumi ta’ evidenza ħa tkun qed tiġi ppubblikata fil-ħin li ġej.
Il-lagħqa spiċċat ftit tal-minuti ilu u ġiet pjanata lagħqa oħra għat-tnejn 12 ta’ Lulju fit-8:30am fejn ħa jkun preżenti George Hyzler.