Raġel Ta’ 33 Sena Bi Ġrieħi Gravi F’Inċident Bil-Mutur Fin-Naxxar

 Raġel Ta’ 33 Sena Bi Ġrieħi Gravi F’Inċident Bil-Mutur Fin-Naxxar

Sewwieq ta’ mutur, raġel ta’ 33 sena residenti l-Gżira ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura u iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-inċident seħħ illum għal ħabta tas-6:15am, fi Triq is-Salini, in-Naxxar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur Kawasaki u van Toyota Hilux.

Is-sewwieq tal-van, raġel ta’ 77 sena residenti l-Mosta, ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com