“Għall-Kuntrarju Tiegħek, Ma Poġġieni Ħadd Fuq Dan Is-Siġġu” – Rosianne Cutajar Lil Bernard Grech
Il-Membru Parlamentari Rosianne Cutajar qalet li Bernard Grech, “li m’huwa xejn għajr pappagall tal-Għaqda Repubblika u li evada t-taxxa għal tnax-il sena sħaħ, qed jitlob għar-riżenja tagħha minn Membru Parlamentari.
“Għall-kuntrarju tiegħek Sur Kap tal-Oppożizzjoni jiena eleġġieni il-poplu Malti fil-Parlament.
Għall-kuntrarju tiegħek, ma poġġieni ħadd fuq dan is-siġġu.
Għall-kuntrarju tiegħek, dan is-siġġu ħdimt għaliħ, ħabbatt il-bibien, għint hafna nies.
Għall-kuntrarju tieghek kemm ilni fuq dan is-siġġu ressaqt liġijiet u imbuttajt riformi kuraġġjuzi u importanti għal pajjiżna.”
Fl-istess ‘status’ li tellgħet fuq il-midja soċjali tagħha, qalet li għall-kuntrarju ta’ Bernard Grech, hija kapaċi tieħu deċiżjonijiet anke jekk ikunu diffiċli.
Temmet tgħid li se tibqa’ fil-Parlament sakemm il-poplu jkompli jtieha l-fiduċja.