Titressaq Il-Qorti B’Rabta Mal-Omiċidju Fil-Mellieħa
Fl-aħħar sigħat issoktaw l-investigazzjonijiet dwar l-omiċidju li seħħ fil-Mellieħa. Filippin ta’ 44 sena nstab mejjet wara li allegatament qala’ daqqiet ta’ sikkina f’appartament fi Triq ilFortizza.
Illum, il-Pulizija tal-Iskwadra tal-Omiċidji fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri u tadDistrett tal-Qawra jinsabu f’pożizzjoni li jressqu l-Qorti l-mara ta’ 44 sena u tkun akkużata b’dan il-każ.
Hija se titressaq għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar quddiem il-Maġistrat Dr Doreen Clarke.
Il-Prosekuzzjoni se titmexxa mill-Ispetturi Shawn Pawney u Godwin Scerri.