Ġurnalist Olandiż Jindarab Serjament B’Tiri F’Rasu F’Amsterdam

 Ġurnalist Olandiż Jindarab Serjament B’Tiri F’Rasu F’Amsterdam

Ġurnalist Olandiż magħruf għall-investigazzjonijiet li jagħmel qala tiri f’rasu b’arma tan-nar f’Amsterdam, ilbieraħ filgħaxija.

Peter R de Vries ta’ 64 sena, intlaqat minn ħames tiri sparati mil-viċin waqt li kien ħiereġ minn studjo tat-televiżjoni fejn kien qed jieħu sehem f’diskussjoni televiżiva.

Dan il-ġurnalist investiga u espona ċrieki kbar ta’ droga kif ukoll għen lill-pulizija biex ġew solvuti diversi każijiet ta’ profil għoli.

Tliet irġiel ġew arrestati, iżda l-Pulizija qalu li wieħed m’għadux suspettat. Sigħat wara l-attakk, żewġt irġiel ġew arrestati f’karozza waqt li kienu qed jaħarbu. Is-suspettati huwa Pollakk ta’ 35 sena u raġel ta’ 21 sena residenti Rotterdam. Huma se jiffaċċjaw il-Qorti nhar il-Ġimgħa. Żagħżugħ ta’ 18-il sena ġie arrestat f’Amsterdam, iżda se jinħeles.

Il-Prim Ministru Mark Rutte f’konferenza tal-aħbarijiet qal li l-attakk fuq de Vries kien “xokkanti“. “Huwa attakk fuq ġurnalist kuraġġuż u attakk fuq il-libertà tal-istampa, li huwa tant essenzjali għad-demokrazija u l-istat tad-dritt tagħna,”

Ritratt: BBC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com