Protesti Kbar Fi Spanja Wara Li Raġel Omosesswali Gie Msawwat Għall-Mewt

 Protesti Kbar Fi Spanja Wara Li Raġel Omosesswali Gie Msawwat Għall-Mewt

Il-Pulizija Spanjola arrestat tliet persuni fuq dan il-qtil omofobiku li wassal għal protesti madwar il-pajjiż.

L-investigazzjoni dwar il-mewt ta’ Samuel Luiz, ta’ 24 sena, għadha għaddejja u l-ebda motiv ma ġie eskluż, inkluża l-possibbiltà li dan kien reat omofobiku.

Il-qtil ta’ Luiz li kien imsawwat għall-mewt nhar is-Sibt li għadda barra ‘nightclub’ fil-belt ta A Coruna n-naħa ta’ fuq ta’ Spanja wassal għal protesti mill-komunità LGBTIQ f’Madrid, Barċellona, A Coruna u bosta bliet Spanjoli oħra matul din il-ġimgħa.

S’issa ġew arrestati żewġt irġiel u mara, ta’ bejn l-20 u l-25 sena, li huma suspettati b’parteċipazzjoni diretta fl-attakk.

Ritratt: CNN

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com