Inċident Tat-Traffiku Fi Triq Ħaż-Żabbar Fil-Fgura

 Inċident Tat-Traffiku Fi Triq Ħaż-Żabbar Fil-Fgura

Raġel ta’ 41 sena residenti Bormla, għal xi t-tmienja neqsin kwart ta’ filgħodu, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħaż-Żabbar kantuniera ma’ Triq San Mikiel, il-Fgura.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta liseħħet ħabta bejn mutur Yamaha, misjuq mill-vittma, u vettura BMW, misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti l-Furjana.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com