Imut Alfred Calamatta – Viżjonarju Fil-Qasam Finanzjarju
Din l-aħbar tħabbret fuq il-mezzi soċjali ta’ Calamatta Cuschieri fejn ħabru li lbieraħ miet Alfred Calamatta, viżjonarju u pijunier fil-qasam finanzjarju f’Malta.
Is-Sur Calamatta beda il-karriera tiegħu fl-1955 ma’ Barclays Bank DCO fejn wara kien għaqad ma’ Edwards Chandler Wagstaffe & Co.
Propju fl-1971 waqqaf A. Calamatta & Partners sabiex joffri is-servizzi finanzjarji f’Malta. Fl-1971 nieda wkoll bord fil-Belt Valletta li juri l-prezzijiet ta’ kuljum tal-istokks u l-ishma fil-Borża ta’ Londra kif ukoll il-prezzijiet tal-ekwitajiet Maltin li dawn tal-aħħar jipprovdu gwida utli lill-investituri Maltin fin-nuqqas ta’ Borża li seħħet xi għoxrin sena wara.
Fl-1992, is-Sur Alex Cuschieri ngħaqad flimkien Alfred biex iffurmaw Calamatta Cuschieri & Co. Ltd., filwaqt li fl-istess ħin, il-kumpanija għenet ukoll fit-twaqqif tal-Borża ta’ Malta li tagħha hija membru fundatur.
L-aħħar tislima lil Alfred Calamatta se tingħata nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Lulju fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġwann fit-8.30am.