Pfizer Qed Tgħid Li Wasal Iż-Żmien Għat-Tilqima Booster Tal-Covid-19

 Pfizer Qed Tgħid Li Wasal Iż-Żmien Għat-Tilqima Booster Tal-Covid-19

Ilbieraħ il-manifatturi tal-vaċċin Pfizer-BioNTech qalu li qed jaraw sinjali fl-immunità tal-vaċċin tagħha u qalu li għandhom informazzjoni biżżejjed biex joħorġu doża oħra li tkun booster ġdida li tipproteġi aktar lin-nies mill-varjanti. Jidher li dan qed isir fid-dawl li l-varjant Delta qed iżid b’rata mgħaġġla ħafna.

Mill-informazzjoni li ġabru Pfizer-BioNTech qalu li l-effiċjenza tal-vaċċin niżlet għal 64% fost dawk in-nies li ħadu l-vaċċin f’Jannar.

Qalu li b’din it-tielet doża tal-vaċċin modifikata ħa tkun qed tagħti l-għola protezzjoni għal kontra l-COVID-19 fejn mistennija tkun aktar b’saħħitha u tagħti aktar protezzjoni kontra l-varjanti kollha li hawn bħal issa.

Din it-tielet doża minn studji jidher li tkun trid tittieħed bejn 6 u 12-il xahar wara li tkun ittieħdet it-tilqima sħiħa tal-Pfizer. Bħal issa qed jistennew awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet tas-saħħa Amerikani sabiex ikunu jistgħu jagħtu din id-doża modifikata fix-xahar li ġej.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com