Il-PN Jgħid Li L-PM Għadu Ma Ħa L-Ebda Passi Kontra Rosianne Cutajar

 Il-PN Jgħid Li L-PM Għadu Ma Ħa L-Ebda Passi Kontra Rosianne Cutajar

Dalgħodu waqt konferenza tal-aħbarijiet mid-deputati tal-Partit Nazzjonalista Karol Aquilina u Therese Comodini Cachia qalu wara kważi ġimgħa Robert Abela għadu ma ħa l-ebda passi kontra Rosianne Cutajar. Il-Prim Ministru ilu ġimgħa jaħrab mir-responsabbiltà tiegħu li jeżiġi li Rosianne Cutajar tirriżenja minn Membru Parlamentari u jekk ma tagħmilx hekk ikeċċiha mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista.

Karol Aquilina qal li Robert Abela mhux qiegħed jieħu d-deċiżjonijiet fl-interess ta’ pajjiżna. Mhux vera jrid li pajjiżna jitneħħa mil-lista l-griża llum qabel għada. Minflok ta’ Prim Ministru, Robert Abela qed jagħżel li jagħmilha tal-avukat difensur ta’ Rosianne Cutajar.

Min-naħa tagħha Therese Comodini Cachia qalet li Robert Abela jaf li Rosianne Cutajar qiegħda taħt erba’ investigazzjonijiet separati iżda jibqa’ jagħżel li jipproteġi lilha minflok lil pajjiżna.

Saħqet tgħid li Robert Abela m’huwiex onest mal-poplu. Jgħid li jrid jagħmel dak kollu possibbli sabiex pajjiżna joħroġ minn fuq il-lista l-griża, iżda wara ġimgħa li ħareġ l-ewwel rapport ta’ investigazzjoni minnhom, Abela jibqa’ jipproteġi lil Rosianne Cutajar.

Id-deputati fakkru li nhar it-Tnejn li ġej ser jerġa’ jiltaqa’ l-Kumitat dwar Standards fil-Ħajja Pubblika biex jisma’ lill-Kummissarju George Hyzler jispjega r-rapport tiegħu. Imbagħad il-Kumitat ser jiddeċiedi jekk jaċċettax ir-rapport.

Id-deputati fakkru li nhar it-Tnejn li ġej ser jerġa’ jiltaqa’ l-Kumitat dwar Standards fil-Ħajja Pubblika biex jisma’ lill-Kummissarju George Hyzler jispjega r-rapport tiegħu. Huma tennew l-pożizzjoni tagħhom, dik li jistennew li nhar it-Tnejn il-Membri Parlamentari tal-Partit Laburista bħalhom japprovaw dan ir-rapport u jeżiġu li Rosianne Cutajar terfa’ rresponsabbilità politika u tirriżenja mill-Parlament.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com