Ħaddiem Bi Ġrieħi Gravi Wara Li Waqa’ Fuqu Travu
Raġel ta’ 45 sena isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ travu fuqu.
L-inċident seħħ dalgħodu għal xid-9:00am, meta il-Pulizija ntalbet tmur tagħti l-assistenza ġo impjant fi Triq Ħal Farruġ, Ħal Luqa.
Minn l-ewwel investigazzjonijiet juru li ħaddiem ta’ 45 sena li jgħix Ħal Luqa, għal xi raġuni waqt li kien qed jagħmel xi xogħol, waqa’ travu fuqu.
Tim mediku ta’ l-assistenza u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.