Għarwenin F’San Ġiljan … Il-Barranin Qed Jiżvugaw F’Pajjiżna?
Spiss ngħidu kemm il-Maltin mhux iddixxiplinati u nistagħġbu bil-kbir meta nżuru xi pajjiż u naraw kemm huma nies retti u ddixxiplinati f’pajjiżhom. Imma din hija idea żbaljata?
Ritratt li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali juri koppja għarwiena ħdejn il-ġnien ta’ San Ġiljan f’mument li ma nafux x’kien iżda li kkonfermajna li huma barranin.
Tgħid il-barranin qed jiżvugaw hawn f’pajjiżna f’daqqa waħda? Dan apparti filmati oħra ta’ ġlied ġo Paceville, li għalkemm ma hux l-ewwel darba li Maltin kienu nvoluti fih, din id-darba qed naraw ħafna żgħażagħ ta’ età żgħira minn barra minn xtutna li qed ikunu nvoluti fi ġlied xejn sabiħ.
Intom x’taħsbu dwar dan?