Ryan Hili B’Diska Ġdida Bil-Malti

 Ryan Hili B’Diska Ġdida Bil-Malti

Ryan Hili għadu kif ħareġ it-tieni kanzunetta tiegħu oriġinali jisimha ‘Nistenniek’. Din il-kanzunetta bil-Malti, miktuba minn Cliff Casha u mużika ta’ Cyprian Cassar, tiddeskrivi ddiffikultajiet li sab biex wasal s’hawn. Il-mużika tfisser ħafna għal Ryan u permezz ta’ din il-kanzunetta rnexxielu jesprimi ruħu bl-aħjar mod possibli.

Ryan għandu 25 sena u beda joħroġ il-mużika oriġinali tiegħu fl-2019. L-ewwel diska li ħareġ kien jisimha ‘Let Go’ miktuba b’dedika speċjali għal missieru. Din id-darba Ryan iddeċieda li joħloq kanzunetta li tiddeskrivi lilu nniffsu.

B’dedika speċjali, Ryan xtaq jirringrazzja b’mod speċjali lil Luke Borg talli dderieġa l-vidjow mużikali u lil Kylie Borg tal-assistenza tagħha. Lil Warren Bonello minn DOPE Dance Company tal-koreografija u lil Martina Galea, Denise Mercieca, Federica Nicastro u Kayley Vella talli aċċettaw li jkunu parti miż-żeffiena. Grazzi wkoll tmur għal Joseph Bonnici u Donald Camilleri li pprovdew it-Teatru tal-Opra Aurora ġewwa Għawdex biex jinħadem il-vidjow mużikali.

Huwa rringrazzja wkoll lill-familjari u lill-ħbieb tiegħu, speċjalment lil Cliff, Kyle, Nelson, Kimberly u Mariana li dejjem tawh is-sapport, u li jibqgħu jinkuraġġuh biex ma jaqtax qalbu u jkompli jgħix il-ħolma tiegħu.

Awguri Ryan!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com